Kronaka
2 persuni l-isptar wara ħabta f’Ħaż-Żabbar

Żewġ persuni ttieħdu l-isptar wara ħabta bejn żewġ karozzi f’Ħaż-Żabbar.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1pm fi Triq iċ-Ċawsli direzzjoni lejn Ħaż-Żabbar.

Karozza minnhom kienet misjuqa minn raġel ta’ 22 sena minn Wied il-Għajn filwaqt li l-karozza l-oħra minn raġel ta’ 27 sena miż-Żejtun. Passiġġier miegħu kien hemm raġel ta’ 25 sena minn Santa Venera.

Kemm ir-raġel ta’ 27 sena u l-passiġġier ittieħdu l-Isptar Mater Dei. Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhux magħrufa.