Kronaka
2 persuni maqbuda f’karozza wara inċident – jitqaċċtu 2 siġriet

Għall-ħabta tas-7pm seħħ inċident tat-traffiku fi Triq ta’ Xhajma fin-Nadur, Ghawdex.

Fl-inċident kienet involuta karozza waħda. TVM huwa infurmat li l-karozza qaċċtet żewġ siġriet, bil-karozza tispiċċa maqtugħa mill-art.

Is-sewwieq u l-passiġġier jidher li ma weġġgħux iżda nqabdu fil-vettura tat-tip BMW, u fuq il-post marru l-membri tal-Protezzjoni Ċivili biex joħorġuhom mill-vettura. It-triq ingħalqet miż-żewġ naħat kawża tal-inċident.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Lejlet il-ftuħ tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda fi New York, tfakkar il-mitt sena mit-twelid tal-ex President Nelson Mandela. Il-Prim Ministru Joseph Muscat kien wieħed mill-mexxejja li ndirizzaw il-laqgħa msejħa Nelson Mandela…

Lokali

Il-problema dinjija tad-droga kienet diskussa f’laqgħa ta’ livell għoli mmexxija mill-President tal-Istati Uniti, Donald Trump. Il-laqgħa saret fil-bini tan-Nazzjonijiet Magħquda, fejn il-Prim Ministru Joseph Muscat beda ġimgħa impenjattiva ta’ laqgħat…

Lokali

Raġel ta’ 40 sena ma nstabx ħati li abbuża sesswalment minn tifla ta’ tmien snin f’Lulju tas-sena l-oħra fil-Bajja s-Sabiħa, f’Birżebbuġa. Fil-Qorti ntqal li l-akkużat kien man-neputija tiegħu fejn il-baħar,…

Unjoni Ewropea

Wara li l-Maltin żammew lura f’konsultazzjoni pubblika mill-Kummissjoni Ewropea dwar il-ħin tas-sajf, issa qed jerġgħu jingħataw l-opportunità juru fehemthom f’konsultazzjoni pubblika fuq bażi nazzjonali. F’livell Ewropew, il-maġġoranza tal-Ewropej urew il-fehma…

Aktar