X

2 persuni maqbuda f’karozza wara inċident – jitqaċċtu 2 siġriet

Għall-ħabta tas-7pm seħħ inċident tat-traffiku fi Triq ta’ Xhajma fin-Nadur, Ghawdex.

Fl-inċident kienet involuta karozza waħda. TVM huwa infurmat li l-karozza qaċċtet żewġ siġriet, bil-karozza tispiċċa maqtugħa mill-art.

Is-sewwieq u l-passiġġier jidher li ma weġġgħux iżda nqabdu fil-vettura tat-tip BMW, u fuq il-post marru l-membri tal-Protezzjoni Ċivili biex joħorġuhom mill-vettura. It-triq ingħalqet miż-żewġ naħat kawża tal-inċident.

av :