Lokali
Il-Pulizija tkellem 2 persuni dwar allegat ġbir ta’ flus bieb bieb

Il-Pulizija qed tkellem 2 persuni b’rabta ma’ allegat ġbir ta’ flus bieb bieb. Dan ikkonfermah kelliem għall-Pulizija ma’ TVM.

Ilbieraħ TVM irrapporta li l-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà qed tirċievi rapporti dwar persuni li qed iħabbtu l-bibien u jgħidu li qed jiġbru l-flus għal tfal b’diżabbiltà.

Il-Kummissarju Oliver Scicluna qal lil TVM li l-Kummissjoni kienet infurmata li għadd ta’ persuni, x’aktarx barranin, qed iħabbtu bieb bieb fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra. Jidher li flimkien ma’ dawn l-irħula, raġel illum mar iħabbat il-bibien f’Ħal Għaxaq. Residenta rnexxielha teħodlu ritratt u qalet li rrapportat il-każ lill-Pulizija.

Huma qed jippreżentaw karta (ritratt) u jiddikjaraw li huma mill-Assoċjazzjoni Nazzjonali għat-Tfal b’Diżabbiltà, u li qed jiġbru d-donazzjonijiet.

Il-Kummissarju Scicluna ċċara li din l-assoċjazzjoni ma teżistix, u spjega li meta l-NGOs jiġbru l-flus, dawn ma jmorrux bieb bieb, iżda jniedu inizjattiva pubblika. Appella biex min ikun jixtieq jgħin lil xi NGO jagħmel donazzjonijiet diretti.

Ara wkoll:

Tagħtix flus lil dawn in-nies jekk jiġu jħabbtulek

Aħbarijiet Oħra
Mużika

Malcolm Pisani nieda s-single ġdida bl-isem ‘RISE’, kanzunetta li hi ddedikata lill-Fondazzjoni Rise. B’din il-kanzunetta, Malcolm jixtieq iwassal messaġġ li jekk fil-ħajja tħossok imkisser u bla tama, m’għandekx taqta’ qalbek….

Qorti

Steven Jones ta’ 50 sena mir-Renju Unit tressaq il-Qorti akkużat li fit-23 ta’ Mejju għamel danni fuq il-proprjetà privata f’San Ġiljan waqt li kien fis-sakra. Huwa ammetta l-akkużi u ngħata…

Lokali

7 sigaħt ilu fetħu l-postijiet tal-votazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali. Matul dan il-ħin kienu diversi li marru jivvutaw fosthom il-President George Vella, il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzjoni…

Aktar