Barranin
2 persuni tilfu ħajjithom u 25 nieqsa fil-maltempata li ħakmet lil Franza

Fi Franza mil-lanqas żewġ persuni tilfu ħajjiethom u madwar 25 ruħ oħra għadhom ma nstabux wara maltempata fin-Nofsinhar tal-pajjiż.

Permezz ta’ riħ qawwi u xita qlil il-maltempata kkawżat għargħar b’għadd ta’ villaġġi li jinsabu viċin Nizza saritilhom ħsara kbira bis-Sindku tal-post jgħid li din kienet l-agħar maltempata kemm ilu ħaj hu.

Il-maltempata laqtet ukoll lil Italja fejn għadd ta’ toroq u pontijiet ġratilhom ħsara kbira u anke nfaqgħu x-xmajjar.