Barranin
2 pulizija midruba wara li sparaw fuqhom waqt protesti f’Louisville

Żewġ uffiċjali tal-pulizija qed isofru minn ġrieħi ta’ arma tan-nar hekk kif eluf ta’ nies niżlu jipprotestaw fil-belt Amerikana ta’ Louisville u sparaw fuqhom. Il-protesti saru hekk kif il-ġuri ewlieni ddeċieda li ħadd mhu se jitressaq għall-qtil ta’ Breonna Taylor. Taylor, ta’ 26 sena u li kienet taħdem l-isptar, inqatlet b’diversi tiri meta uffiċjali tal-pulizija daħlu fid-dar tagħha f’Marzu li għadda.

L-Uffiċjal Brett Hankison kien ġie akkużat mhux bil-qtil ta’ Taylor imma għax ikkawża periklu meta spara fl-appartament fl-Louisville. Iż-żewġ pulizija l-oħra m’għandhom l-ebda akkuża. F’Louisville ġie dikjarat stat ta’ emerġenza u tniżżlet il-gwardja nazzjonali fit-toroq.