Lokali
2 siti storiċi se jkunu miftuħa b’xejn kull xahar għall-pubbliku
F’inizjattiva biex tkattar l-interess fis-siti storiċi u kulturali, tħabbar li kull xahar, ta’ anqas żewġ siti storiċi se jinfetħu bla ħlas biex jitgawdew mill-pubbliku. Intant fil-festa ta’ San Ġużepp nhar it-Tnejn li ġej, il-Kon Katidral ta’ San Ġwann fil-Belt, kif ukoll id-Domus Rumana u l-Katakombi ta’ San Pawl fir-Rabat se jinfetħu bla ħlas.

Meqjus bħala l-aqwa teżor tal-arti, il-Kon Katidral ta’ San Ġwann nhar it-Tnejn fil-festa pubblika ta’ San Ġużepp, se jinfetaħ bla ħlas bejn il-5 u d-9pm biex jitgawda bħala mhux biss post ta’ talb imma bħala teżor kulturali. Il-Kon Katidral l-aktar wirt importanti tal-kavallieri huwa amministrat minn fondazzjoni bejn il-Gvern u l-Knisja.

Fl-okkażjoni ta’ nhar it-Tnejn wieħed jista’ japprezza wkoll l-aħħar proġett ta’ restawr inkluż il-gallerija li għadha kif ġiet restawrata.

Kif spjegat Cynthia Degiorgio mill-Fondazzjoni tal-Kon Katidral, dan maqdes fil-qalba tal-Belt huwa monument uniku ta’ importanza internazzjonali ddedikat lil San Ġwann il-Battista il-qaddis patrun tal-Ordni tal-Kavallieri.

Michael Pace Ross mill-Kurja qal li l-kollaborazzjoni b’saħħitha bejn il-Gvern u l-Knisja tul dawn is-17-il sena komplew sebħu b’restawr kontinwu dan is-sit storiku. Huwa spjega li t-tariffa tad-dħul li normalment iħallsu l-vizitaturi tmur b’risq proġetti ta’ restawr fil-Kon Katidral. Qal li 20% tas-siti tal-Unesco għandhom rabta reliġjuża u li għalhekk l-importanza tal-promozzjoni tat-turiżmu reliġjuż.

Il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Kultura Owen Bonnici qal li r-riċerka turi li s-siti storiċi f’pajjiżna huma t-tielet l-aktar imfittxija mit-turisti u li għalhekk irid li l-poplu Malti u Għawdxi jgawdihom bla ħlas.

Owen Bonnici qal li “rajna x-xewqa tal-poplu li jmorru bil-familji f’siti storiċi u fil-fatt fl-open day fit-tempji ta’ Ħal Tarxien marru 6,000 ruħ.”

Il-Kon Katidral ta’ San Ġwann iżuruh mijiet ta’ turisti kuljum, imżejjen bix-xogħlijiet artistiċi ta’ Caravaggio u Mattia Preti li kien ġie kkummissjonat mill-ordni sabiex iwettaq id-dekorazzjonijiet ta’ ġewwa tas-seklu 17.

Aħbarijiet Oħra
Għawdex

F’Għawdex tnieda servizz ta’ emerġenza ġdid għall-pubbliku li se jopera wara l-ħinijiet tal-uffiċċju, fi tmiem il-ġimgħa kif ukoll fil-btajjel pubbliċi. Dan is-servizz, li beda fuq inizjattiva tal-fergħa Għawdxija tal-Fondazzjoni għal…

Annimali

F’dan iż-żmien tas-sena ħafna jsibu ħin biex jagħmlu atti ta’ imħabba jew solidarjetà mal-oħrajn. Artista Franċiża li tgħix Malta ddeċidiet li ttella’ wirja b’pitturi biex bil-flus li tiġbor mill-bejgħ tagħhom,…

Mużika

Il-kunċert tal-President għas-Sena l-Ġdida se jżomm mat-tradizzjoni u jsir fl-Epifanija fis-6 ta’ Jannar f’Dar il-Mediterran għall-konferenzi l-Belt. Il-kunċert b’kollaborazzjoni ma’ Festival Malta u l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta se jsir b’risq…

Kronaka

L-awtoritajiet tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin qed jinvestigaw il-mewt ta’ priġunier Malti ta’ 26 sena li nstab mejjet. Television Malta jinsab infurmat li l-priġunier neħħa ħajtu. Fi stqarrija maħruġa mill-Faċilità Korrettiva…

Aktar