Barranin
2 turisti jeħlu multa talli għamlu kafè ġewwa Venezja

F’Venezja, il-Pulizija mmultat żewġ turisti Ġermaniżi wara li nqabdu jagħmel kafè fuq it-taraġ tal-pont ta’ Rialto

It-turisti weħlu multa ta’ €950 talli kienu qed isajru l-kafè fuq kuker żgħir. Flimkien mal-multa huma ġew mitluba li jitilqu minn Venezja.

Ftit ilu Venezja introduċiet liġi dwar reati ta’ ordni pubbliku fosthom picnics f’ċerti siti u dwar ilbies xieraq f’postijiet pubbliċi.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Waiter qrib Pariġi nqatel fi sparatura minn klijent li allegatament kien irrabjat għaliex is-sandwich li ordnat ma kinx ipreparat malajr. Il-pulizija qalet li għaddejja investigazzjoni dwar il-qtil li seħħ il-Ġimgħa…

Barranin

L-aħwa Muhammad niżlu biex jiffriskaw fix-xmara Iseo, f’Bergamo meta tnejn minnhom inbelgħu mill-ilma. Hassan u Waqas Muhammad tilfu ħajjithom wara li għerqu fix-xmara Iseo. L-aħwa, għalkemm ma kienux jafu jgħumu,…

Barranin

Jean-Claude Juncker kellu jtemm il-btala fl-Awstrija ħesrem hekk kif kellu jiddaħħal b’urġenza l-isptar. Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, li għandu 64 sena, kellu jmur lura l-Lussemburgu biex jiġi operat b’urġenza fil-bużżieqa tal-marrara….

Barranin

Splużjoni ta’ bomba waqt tieġ f’Kabul fl-Afghanistan qatlet 63 persuna u darbet aktar minn 180 ruħ oħra. Xhieda qalu li ġellied suwiċida sploda lilu nnifsu waqt it-tieġ. L-isplużjoni seħħet għall-ħabta…

Aktar