COVID-19
20 każ ġdid ta’ Coronavirus f’Malta – 10 miċ-ċentru ta’ Ħal Far

Malta rreġistrat it-tielet persuna anzjana li mietet fl-isptar. L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li t-tielet vittma tal-Covid-19 huwa anzjan ta’ 84 sena li lbieraħ daħal l-isptar bi qtugħ ta’ nifs u ġie konfermat li ma’ kundizzjonijiet mediċi oħra kellu wkoll il-virus tal-pandemija. Il-Ministeru għas-Saħħa mill-ġdid appella biex jiġu segwiti d-direttivi tad-Dipartiment għas-Saħħa Pubblika anke biex jiġu protetti l-anzjani u l-persuni vulnerabbli fis-soċjetà tagħna.

 

Fl-aħħar bulletin mediku mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci ħabbret li fl-24 siegħa li għaddew ġew konfermati 20 każ ġdid li nofshom huma ta’ rġiel residenti fiċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far li jinsab taht kwarantina wara li kienu nstabu tmien persuni oħra bil-Covid-19.  Il-Professur Gauci qalet li dawn ukoll qed jigu trattati fi sptar li sar fl-istess ċentru u qed jitmexxa mill-Għaqda tas-Salib l-Aħmar.

“Aħna flimkien mar-Red Cross konna ta’ kuljum qed niċċekjaw l-immigranti u ħadd minnhom ma kellu s-sintomi, li għamilna aħna għamilna testijiet fuq numru minnhom biex naraw x’inu jiġru, minn għaxra random u dawn segħan minnhom ħarġu li huma pożittivi.”

Il-Professur Gauci kkonfermat li s-66 immigrant irregolari li daħlu Malta fil-Ġimgħa l-Kbira ġew kollha eżaminati u ma nstab l-ebda każ ta’ Coronavirus. Huma madankollu qed jinżammu f”detenzjoni u fi kwarantina.

Bil-każi ġodda rappurtati fl-aħħar 24 siegħa, Malta issa għandha 370 l-każ li minnhom fiequ 16, u l-Professur Gauci qalet li qed isiru testijiet oħra biex jitħabbru aktar każi ta’ pazjenti li fiequ mill-virus.

Is-Superintendent għas-Saħħa tindirizza konferenza stampa dwar il-Covid-19

Is-Superintendent għas-Saħħa tindirizza konferenza stampa dwar il-Covid-19

Gepostet von Television Malta am Samstag, 11. April 2020

Is-Supretendent tas-Saħħa pubblika qalet li fl-aħħar 24 siegħa saru rekord ta’ aktar min elf u tlett mitt swab. Fil-lista tal-każi li tħabbru llum minbarra l-għaxar residenti taċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far hemm anzjana ta’ 63 sena u tliet każijiet ta’ persuni li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa fosthom Għawdxija ta’ 30 sena li taħdem bħala carer u li ma kellhiex sintomi. Żewġ każijiet oħra huma ta’ sudenta ta’ 21 sena li marret tixtri minn ħanut fejn kien ikkonfermat każ ta’ coronavirus u raġel ta’ 33 sena li wasal lura Malta fit-3 ta’ Marzu li kellu xi sintomi li jiġu u jmorru u li wkoll mar fl-istess stabiliment.

Il-Professur Gauci qalet li dawn iż-żewġ persuni waqt li kellhom s-sintomi żaru xi nies fid-dar tagħhom li qed isir il-contact tracing tagħhom. Hija appellat biex min jesperjenza sintomi jibqa’ d-dar. “Il-messaġġ li qed inwaslu huwa li meta inti tkun ma tiflaħx m’għandekx toħorġ mid-dar speċjalment m’għandniex għalfejn noqogħdu nżuru nies oħrajn. Dan huwa messaġġ li huwa importanti ħafna.”

Waqt li appellat għas-solidarjetà mal-anzjani u nies vulnerabbli billi jitwasslulhom ix-xirjiet sal-bieb il-Professur Gauci tenniet il-messaġġ tal-awtoritajiet biex ma nżurux lil dawn il-persuni hekk kif din il-ġimgħa kellna l-konsegwenzi koroħ tal-virus bit-tielet mewt f”ġimgħa ta’ persuni anzjani.

Intant għal aktar informazzjoni dwar il-Covid-19 f’Malta tista’ żżur https://infogram.com/1p1xpwwgj1w3v2imxjzwjvv152b63z02dvv?fbclid=IwAR2c0GVDIfQGZrZAWVGYHfvKTQ-Uzd85Bfs2huBUkJ1_s2E5i63wj14LMz4

Aħbarijiet Oħra
Safar

Permezz ta’ post fuq Facebook, il-linja nazzjonali tal-ajru, l-Air Malta qalet li qed tipprepara għall-mod ġdid ta’ vjaġġar u avżat li mill-1 ta’ Ġunju 2020 il-passiġġieri jridu bilfors jilbsu maskra…

Trasport

Ħafna mis-servizzi ta’ trasport bl-ajru u l-baħar waqfu jew naqqsu sew mill-frekwenza. Mhux l-istess jista’ jingħad għat-trasport pubbliku li bħala servizz essenzjali baqa’ għaddej b’mod regolari anke tul il-perjodu tal-pandemija….

COVID-19

Il-pandemija ħarbtet il-pjani ta’ ħafna koppji li kellhom jiżżewġu f’dan il-perjodu ferm imfittex tas-sena u spiċċaw kellhom jipposponu ż-żwieġ tagħhom. Skont ċifri ta’ Identity Malta fl-aħħar xahrejn u nofs aktar…

COVID-19

Baqgħu isiru l-ispezzjonijiet biex ikun assigurat li l-pubbliku qed jobdi l-avviżi legali ntiżi biex irażżnu l-imxija tal-coronavirus. Fl-aħħar 24 siegħa nstabu seba’ persuni f’ġemgħat t’aktar minn 6 persuni f’postijiet pubbliċi skont…

Aktar