Barranin
20 persuna jiġu fl-idejn fl-ajruport ta’ Hannover

Madwar għoxirn persuna ġew fl-idejn fl-ajruport ta’ Hannover fil-Ġermanja waqt dimostrazzjoni kontra l-operazzjoni militari tat-Turkija fis-Sirja.

Fil-filmati, persuni li kienu qed jipprotestaw jinstemgħu jgħidu li Erdogan hu faxxist. Huma kienu qed iġorru sinjali u bandar tal-Kurdistan Iraqin u ta’ Rojava – li hu l-isem Kurd tat-Tramuntana tas-Sirja.

Fuq Twitter, il-pulizija ta’ Hannover qalu li żewġ persuni ndarbu ħafif fil-ġlied. Qalu li s-sitwazzjoni reġgħet lura għan-normal fi żmien qasir.