20 sena ħabs u multa ta’ $60m għal raġel li ġibed filmat tiegħu jagħti n-nar

Raġel Amerikan li ġibed filmat tiegħu nnifsu ċċirkondat bi fjammi li żviluppaw f’wieħed mill-agħar nirien li qatt ħakmu Kalifornja fl-Istati Uniti, ġie mmultat $60 miljun u kkundannat 20 sena ħabs wara li wieġeb li huwa ħati li ta n-nar u qered aktar minn 97,000 ettari ta’ art f’El Dorado County fl-2014.

Wayne Allen Huntsman, li għall-ewwel wieġeb li mhux ħati li kien ta n-nar liż-żona li dam jaqbad għal xahar, ammetta l-akkużi kontrih fosthom li ta n-nar apposta, li kkaġuna ġrieħi lill-pumpiera u li qered proprjeta.

Eluf ta’ residenti kellhom iħallu djarhom kaġun tal-art li nqerdet fil-Lbiċ taż-żona Lake Tahoe. Il-multa li Huntsman kien ordnat iħallas hija għad-danni li sofrew il-vittmi.