Qorti
20 sena ħabs wara li nstab ħati li stupra tfajla

20 sena ħabs għal raġel minn Burkina Faso, Seydon Bandango li lbieraħ instab ħati li tliet snin ilu stupra lil tfajla Taljana f’Pembroke.

Raġel ieħor min-Niġerja Emmanuel Ngumezi ma nstabx ħati fl-istess każ. Il-ġurati taw il-verdett tagħhom ilbieraħ filgħaxija wara sitt sigħat jiddeliberaw fi tmiem sebat ijiem jisimgħu x-xhieda fil-ġuri li sar b’bibien magħluqa.

Seydon Bandango minn Burkina Faso u Emmanuel Ngumezi min-Niġerja kienu mixlija li f’Lulju tal-2016 ħatfu tfajla Taljana mill-bajja ta’ San Ġorġ, daħħluha f’karozza u stuprawha f’Pembroke.

Il-Pulizija kienu marru fuq il-post u fil-karozza sabu wieħed mill-akkużati għarwien minn qaddu ‘l isfel ħdejn il-vittma li sabuha tibki u tokrob għall-għajnuna. Ir-raġel l-ieħor li ma nstabx ħati kien barra l-karozza u ħarab hekk kif ra lill-pulizija. Huwa kien inqabad ftit wara. Il-ġuri nstema quddiem l-Imħallef Giovanni Grixti.

Ara wkoll:

 

Wieħed minn żewġt irġiel ħati li stupra tfajla f’Pembroke

Aħbarijiet Oħra
Pulizija

Il-Korp tal-Pulizija qal li mindu bdiet l-investigazzjoni fis-Sezzjoni tat-Traffiku, 34 uffiċjali jinsabu fuq police bail. Minn dawn, 28 huma sospiżi u qegħdin fuq police bail, 6 rtiraw bil-pensjoni u qegħdin…

Lokali

Il-koppja Marvic u Donovan Scerri qed jippjanaw li jmorru Spanja biex jagħmlu l-proċedura tal-IVF f’dan il-pajjiż li jippermetti li jsir test ġenetiku tal-embrijun qabel ikun impjantat fil-ġuf tal-omm biex ikun…

Lokali

Il-Federazzjoni tal-Produtturi tal-Akwakultura qed tipproponi 20 miżura biex jissaħħaħ il-monitoraġġ u l-kontrolli fl-industrija tat-tonn kemm fuq il-baħar kif ukoll fuq l-art. Il-Federazzjoni tal-Produtturi tal-Akwakultura qed issejjaħ għal miżuri ta’ kontroll…

Saħħa

L-għaqda Dinija tas-saħħa wissiet li l-virus jista’ jasal fil-pajjiżi kollha tad-dinja. Is-Supretendent tas-saħħa Pubblika Charmaine Gauci qalet li waqt li żidedu l-ammont ta’ swabs li ttieħdu fl-aħħar sigħat ta’ nies…

Aktar