Qorti
20 xahar ħabs talli seraq ammont kbir ta’ petrol minn pompa f’Tas-Sliema

Sean Farrugia ta’ 31 sena ġie kkundannat 20 xahar ħabs oħra u jħallas €446.25 fi spejjeż tal-espert tal-Qorti, wara li ammetta akkużi ta’ serq.

Farrugia kien akkużat li f’Ġunju 2018, seraq fost oħrajn petrol mill-pompa Speedy fi Triq it-Torri, Sliema, f’ammont li jaqbeż €2,329.37.

Hu ammetta wkoll li ma osservax kundizzjonijiet tal-Qorti waqt li kien bil-ħelsien mill-arrest fuq reati oħra, u talli sar riċediv.

Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Josette Demicoli nnutat li bħalissa Farrugia qed jiskonta sentenza ta’ ħabs fuq reati oħra u kkundannatu għal 20 xahar ħabs li minnhom jitnaqqas il-perjodu kemm ilu taħt arrest preventiv.

Ara wkoll:

3 snin ħabs wara li ammetta li wettaq 2 serqiet