Qorti
20 xahar ħabs wara li ttraffikat id-droga

Mara minn Tas-Sliema weħlet 20 xahar ħabs wara li ammettiet li ttraffikat droga kokaina, eroina u kannabis.

Juanita Grech li, għandha 53 sena ġiet arrestata f’rejd ta’ droga f’Ġunju li għadda. Hija dehret quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit akkużata bi traffikkar ta’ drogi kokaina, eroina u kannabis, kif ukoll li hi riċediva. Mill-provi ħareġ li l-akkużata kellha 10 grammi kokaina u 10 grammi eroina.

Hija weħlet 20 xahar ħabs kif ukoll multa ta’ €800.  Il-Qorti ordnat li d-droga li nstabet tinqered.

Bint Juanita, Sabrina Grech, kienet ukoll arrestata waqt dak ir-rejd u diġà tressqet quddiem il-Qorti fejn ma ngħatatx il-ħelsien mill-arrest. Sabrina kienet wieġbet mhux ħatja bil-każ għadu għaddej.

Aħbarijiet Oħra
Kostruzzjoni

Il-President tal-għaqda tal-iżvilupatturi Sandro Chetcuti ikkundana mingħajr tlaqliq ir-rimi ta’ skart tal-kostruzzjoni f’ambjent naturali u fil-wied tal-Imġarr. Huwa qal li l-MDA għandha ħjiel ta’ minn rema l-iskart tal-kostruzzjoni f’wied fl-Imġarr…

Qorti

Ragel ta’ 58 sena ġie akkużat li ta b’mus lil kuġinuh wara argument fuq kera. L-inċident seħħ jumejn ilu tard waranofsinhar fi Sqaq Warda, f’Ħal Għargħur. Il-vittma, li għandu 74…

Kronaka

Dalgħodu tilfet ħajjitha l-anzjana li ttajret 4 xhur ilu f’San Ġwann. Hija mietet fl-isptar Mater Dei fejn kienet ilha minn dik inhar tal-inċident f’koma kawża tal-ġrieħi serji li ġarrbet f’rasha….

Enerġija

L-Awtorità tal-Ippjanar għamlet numru ta’ emendi fil-policy dwar il-pompi tal-petrol, li huma bbażati fuq il-proposti li ġew sottomessi fil-konsultazzjoni li saret aktar kmieni din is-sena. L-Awtorità qalet li fost it-tibdiliet,…

Aktar