Barranin
AĠĠORNAT 2: 400 persuna jmutu fit-terremot bejn l-Iran u l-Iraq

Bdiet operazzjoni kbira ta’ salvataġġ wara l-iktar terremot qerriedi fid-dinja din is-sena. It-terremot laqat ir-reġjuni muntanjuzi tal-Iran fuq il-fruntiera tal-Iraq.

L-għadd ta’ vittmi qed ikompli jiżdied u s’issa qabeż sew l-400. Indarbu iktar minn seba t’elef persuna oħra. L-iskwadri ta’ salvataġġ qed ifittxu taħt it-terrapien tal-bini biex isibu iktar nies li setgħu ntradmu. It-terremot li l-epiċentru tiegħu kien fir-reġjun ta’ Kermanshah fl-Iran kellu saħħa ta’ 7.3 fuq l-iskala Richter. L-ikbar numru ta’ vittmi kienu fil-belt ta Sarpol E Zahab, b’oħrajn imutu fuq in-naħa tal-Iraq.

It-theżżiż inħass anke mill-kapitali Iraqqina Bagdad. Is-servizzi essenzjali bħall-ilma u dawl inqatgħu fil-partijiet milquta mit-terremot filwaqt li ħafna nies u familji qed ifittxu refuġju barra minn darhom f’temperaturi kiesħa. Huwa stmat li mas-70,000 ruħ spiċċaw b’ta’ fuqhom senduqhom wara li d-djar tagħhom iġġarfu bit-theżżiż.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-ġeneral Ratko Mladic, li huwa magħruf bħala l-‘biċċier tal-Bożnija’, ingħata sentenza ta’ għomor il-ħabs mit-Tribunal tan-Nazzjonijiet Maqgħuda f’The Hague. Huwa nstab ħati li kien personalment responsabbli u dderieġa wħud mill-agħar…

Barranin, Kurżitajiet

Hemm ċans li minn hawn u ftit tas-snin oħra flok ajruplani kbar, biex insiefru nibdew nużaw mudelli ħafna iżgħar.  Dan għaliex bħalissa qed isiru bosta proġetti minn ditti kbar tal-avjazzjoni…

Barranin

Filmat ippubblikat mill-Ġnus Magħquda juri l-mumenti li suldat tal-Korea ta’ Fuq ipprova jaħrab lejn il-Korea t’Isfel, bis-suldati sħabu pront jisparaw fuqu. Il-Ġnus Magħquda qalet li l-Korea ta’ Fuq kienet ġiet…

Barranin

Il-kumpanija Amerikana Uber ħallset mal-$100,000 biex iżżomm mistur il-fatt li ħħekkjat id-data ta’ madwar 57 miljun account ta’ klijenti u xufiera tagħha.  Fl-2016 jirriżulta li l-Uber kisret il-liġi tal-privatezza ta’…

Aktar