
Aktar minn mitejn student tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi temmew l-istudji tagħhom b’suċċess u gradwaw f’diversi livelli, mil-livell ta’ fondazzjoni għall-baċellerat.
Għall-ewwel darba, mill-ITS iggradwaw l-ewwel studenti b’Baċellerat bl-unuri fl-Arti Kulinari li sar b’kollaborazzjoni mal-Istitut Paul Bocuse fi Franza u b’Baċellerat bl-unuri fl-Immaniġġjar tal-Ospitalità Internazzjonali offrut b’kollaborazzjoni mal-Università Haaga-Helia fil-Finlandja.
Għall-ewwel darba, iċ-ċertifikat tal-istudenti tal-ITS jinkludi QR code li jagħti aċċess lill-istudenti għaċ-ċertifikat tagħhom fuq il-blockchain.
Il-Kap Eżekuttiv tal-ITS, Pierre Fenech, irrimarka li l-istudenti tal-istitut qed jilħqu livelli għolja u li dan jagħti lit-tmexxija tal-ITS id-determinazjoni biex fil-ġejjieni tkompli toffri opportunijiet għall-istudenti.
Din hija ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum, il-Ġimgħa, 06 ta’ Diċembru, 2019. Times of Malta Times of Malta jirrapporta li l-allegat moħħ wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, ilbieraħ…
Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, qal li l-każ tal-qtil ta’ Raymond Caruana kien strumentali għall-matura fil-pajjiż. Dr Delia kien qed jitkellem f’attività fil-Gudja li fakkret it-33 anniversarju mill-qtil…
Libjan ta’ 41 sena residenti x-Xagħra inżamm arrestat wara li ġie akkużat li nhar it-Tlieta li għadda, kien kompliċi ma’ persuna oħra f’attentat ta’ serq. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sitta ta’…
Raġel ta’ 28 sena mil-Libja nżamm arrestat, wara li kien akkużat b’serq u li weġġa’ ħafif pulizija. Ir-raġel, li jgħix ir-Rabat, Għawdex, kien akkużat li fit-3 ta’ Diċembru, għall-ħabta tal-5.20pm,…