Droga
X’jiġri mid-droga li tinqabad mill-Pulizija u d-Dwana?

Is-sena li għaddiet, il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga u d-Dipartiment tad-Dwana qabdu bejniethom mal-20,000 kilo droga ta’ kull tip, minn kokaina sa eroina; minn kannabis sa droga sintetika. Dan l-ammomt qed jitqies bħala rekord ta’ qabdiet. L-Assistent Kummissarju Dennis Theuma spjega l-prekawzjonijiet kbar li jittieħdu biex id-droga tinqered. Stqarr ukoll li t-traffikanti tad-droga qed isiru aktar soffistikati biex jippruvaw ifixklu l-investigazzjonijiet tal-pulizija.

L-Assistent Kummissarju Dennis Theuma li jmexxi l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, spjega lil TVM li d-droga tinqered wara li tkun ġiet rilaxxata mill-Maġistrat li jkun mexxa l-inkjesta. Spjega li proċess bħal dan issir fl-inċineratur tal-Marsa fejn id-droga tinqered b’mod kontrollat.

“L-inċineratur jiflaħ u għandu l-limits tiegħu fuq temperatura li jissapporti allura meta qed taħraq ċertu sustanzi li ttellalek it-temperatura malajr, bħal raza tal-kannabis li fih z-zejt tal-qanneb li jtella t-temperatura, min iħaddem l-inċineratur iwaqqfu l-proċess u jitfgħu karkassi tal-annimali u affarijiet likwidi biex iniżżel t-temperatura” qal Theuma.

Is-sena li għaddiet inqabdu fost oħrajn, mal-15,000 kilo kannabis; 4 kilogrammi eroina; mal-200 kilo kokaina, kif ukoll mal-400 pillola ecstasy. L-Assistent Kummissarju Theuma qal li meta d-droga tittieħed biex tinqered jittieħdu prekawzzjonijiet kbar ta’ sigurtà bi skorta armata.

Dennis Theuma qal “il-persuni li jakkumpanja d-distruzzjoni huma kemm nies drug squad u personell tal-RIU u SIU u kollha armati. S’issa qatt ma kellna problema u qatta ma rajna għajn ħażina, imma fix-xoghol tana qatt ma tieħu ċans, better safe the sorry. There is high security”.

Fl-aħħar ġimgħat, il-Pulizija wettqet numru ta’ rejds f’postijiet li qed jintużaw għat-traffikar tad-droga. L-Assistent Kummissarju Theuma, qal li t-traffikanti tad-droga qed isiru aktar sofistikati biex jagħmlu x-xogħol tal-pulizija iktar diffiċli.

Dennis Theuma qal “id-droga li jkollhom jitfgħuha fl-aċtu, biex lilna, kemm biex noħduha, kemm biex nippruvaw insalvawha u kemm biex nanalizzawha jikkomplikawlna ħajjitna. S’issa ma tantx irnexxielhom, Mhux ngħid li ma tefgħux droga fl-aċtu imma hemm ways and means bl-investigazzjoni s’issa f’kull każ irnexxielna inressqu persuni b’arrest”.

Dwar id-droga li nqabdet mid-dwana fil-Freeport, is-Sur Theuma qal li din qed tgħaddi minn Malta u d-destinazjzoni finali tkun xi pajjiż ieħor, bħal Sirja, l-Libanu u l-Greċja. Spjega li meta jkun ikonfermat li d-droga mhux għal Malta u għalhekk mhux il-kaz li jitressaq xi ħadd il-Qorti, l-Pulizija titlob lill-Maġistrat biex isir id-distruzzjoni tad-droga bil-pulizija żżomm kampjuni tad-droga f’każ ta’ investigazzjonijiet futuri.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Bħalissa f’Malta hawn madwar 7,000 persuna li qed tbati mid-dimenzja, din mistennija titla’ għal 13,000 sas-sena 2050. Fl-ewwel konferenza nazzjonali tad-dimenzja, ġiet diskussa din il-marda, kif tolqot lil ta’ madwarha,…

Lokali

Skont il-Perit Carmel Cacopardo, ir-riżenja ta’ Arnold Cassola mill-Alternattiva Demokratika fuq l-abort hija biss skuża. Intervistat fuq il-programm ta’ Television Malta Ras imb ras, il-Perit Cacopardo qal li hu kien…

Aktar