COVID-19
203 każi ġodda ta’ Covid-19, 175 persuna oħra mfejqa

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar 203 każi ġodda ta’ Covid-19 f’Malta minn 3,345 swab test li saru fl-aħħar 24 siegħa.

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru wkoll li 175 persuna oħra ġew iddikjarati mfejqa, biex b’hekk it-total ta’ persuni li fiequ mill-virus minn meta faqqgħet il-pandemija tela’ għal 13,976 persuna.

Minn Marzu ’l hawn f’Malta nstabu 16,861 persuni pożittivi għall-Covid-19, li minnhom hemm 2,632 każ attiv.

L-awtoritajiet tas-saħħa ma taw l-ebda dettalji dwar l-oriġini tal-każijiet tal-bieraħ, filwaqt li ddikjaraw li b’kollox sal-bieraħ ngħataw 19.981 tilqima.

Fl-aħħar 24 siegħa tilfet ħajjitha mara ta’ 76 waqt li kienet pożittiva għall-COVID-19 f’San Vinċenz de Paul. Jumejn ilu, nhar it-23 ta’ Jannar, anzjan ta’ 79 sena miet f’daru waqt li kien pożittiv għall-COVID-19.