COVID-19
204 każi ġodda ta’ Covid-19 f’Malta, 42 oħra mfejqa

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar 24 siegħa 204 persuni f’Malta ħarġu pożittivi għall-Covid-19 minn fost 2,885 swab test.

Ħabbru wkoll li 42 ruħ oħra ġew iddikjarati li fiequ mill-virus. Minn meta faqqgħet il-pandemija fiequ 3,184 persuna.

Minn Marzu ’l hawn f’Malta nstabu 4,486 persuna pożittivi għall-Covid-19, li minnhom hemm 1,257 każ attiv.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li l-każi l-ġodda għadhom qed jiġu investigati.

Mill-każijiet li nstabu lbieraħ, 32 kienu membri tal-familja li kellhom li xi ħadd pożittiv għall-virus, 6 kienu kollegi ta’ persuni pożittivi, 5 kienu mill-grupp ta’ Paceville, 7 kienu f’kuntatt ma’ persuni pożittivi, u 2 każijiet kien importati.

https://www.facebook.com/sahhagovmt/photos/a.102565371462015/213065893745295/