COVID-19
206 każijiet ġodda ta’ Covid-19, ifiqu 5

Fl-aħħar 24 siegħa feġġew 206 każijiet ġodda ta’ Covid-19 waqt li fiequ 5 biex issa n-numru ta’ każijiet attivi laħaq l-1,642.

Il-każijiet il-ġodda ħarġu minn 4,373 ‘swab test’ li tellgħu l-ammont ta’ testijiet li saru s’issa għal 1,037,870.

In-numru ta’ dawk li ħadu l-virus mindu feġġ f’pajjiżna f’Marzu 2020 tela’ għal 32,275 waqt li dawk li fiequ minnu issa huwa ta’ 30,213.

Sal-bieraħ kienu ngħataw 721,415 doża tat-tilqima li minnhom 381,764 kienu l-ewwel doża.

In-numru ta’ dawk li issa huma mlaqqma kompletament huwa ta’ 355,883.

Mill-235 każ li tħabbru l-bieraħ 178 kienu ta’ dawk li għandhom bejn l-10 u d-39 sena bl-età medja tkun ta’ 27.

In-numru ta’ persuni li għandhom il-Covid u qegħdin jingħataw kura fl-Isptar Mater Dei huwa ta’ 17 b’persuna waħda tinsab fl-ITU.