Lokali
21 Kamra tan-Nar jingħataw għotja għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-5 edizzjoni ta’ Festa Nar

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici ppreżenta 21 kamra tan-nar b’għotja ta’ €1,200 kull wieħed, għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-ħames edizzjoni ta’ Festa Nar – festival tan-nar organizzat mir-Reġjun Nofsinnhar f’Birżebbuġa u fl-Imqabba.

Waqt il-preżentazzjoni, il-Ministru Bonnici rringrazzja lill-kmamar tan-nar u qal li l-Gvern jinsab impenjat li jkompli jsaħħaħ dawn l-inizjattivi.

Ir-Reġjun Nofsinhar ilu jorganizza Festa Nar għal dawn l-aħħar 5 edizzjonijiet u dejjem jiżgura li jgħin f’attivitajiet kulturali organizzati fil-lokalitajiet li jinstabu fir-reġjun billi jħallsu parti sostanzjali mill-ispejjez waqt avvenimenti kulturali fejn għandu x’jaqsam infurzar lokali, anke waqt il-festi ċċelebrati fil-lokalità.

Il-Ministru Bonnici għalaq l-indirizz tiegħu billi rringrazzja dawk preżenti għax-xogħol siewi tagħhom u ħeġġiġhom biex jaħdmu flimkien sabiex ikomplu jsaħħu l-kultura u t-tradizzjonijiet tagħna għall-ġenerazzjonijiet futuri.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Instab mejjet r-raġel Daniż li kien irrappurtat nieqes nhar il-5 ta’ Ġunju li għadda. TVM huwa infurmat li Allan Hartmann-Jensen ta’ 53 sena instab mejjet dalgħodu fi stat qawwi ta’ dekompożizzjoni…

Unjoni Ewropea

Kellu jkun summit li jiddetermina l-ġejjieni immedjat tal-Unjoni Ewropea… għaliex kellu jiddiskuti mhux biss aġenda strateġika b’numru ta’ prioritajiet, iżda possibilment kellu jwitti t-triq għal qbil dwar in-nomini ta’ dawk…

Kronaka

6 persuni ddaħħlu l-isptar għal kura wara inċident tat-traffiku li seħħ ftit wara t-8p.m. TVM huwa infurmat li l-ħabta ‘head-on’ seħħet fi Triq id-Daħla ta’ San Tumas, fl-akwati taż-Żejtun. F’karozza…

Unjoni Ewropea

Laqgħa Għolja li qed tiltaqa’ bħalissa fi Brussell tista’ tiddetermina l-ħames snin li ġejjin tal-Unjoni Ewropea. Bil-mexxejja Ewropej, fosthom il-Prim Ministru Joseph Muscat, qed jiddiskutu mhux biss il-prioritajiet li fuqhom…

Aktar