COVID-19
21 każ ġdid tal-COVID-19 f’Malta

Komplew jiżdiedu l-każi attivi tal-Covid-19. Fil-bulettin mediku għall-erbgħa u għoxrin siegħa sa nofsinhar tas-Sibt, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li saru record ta’ swab testa, 1,748, li minnhom instabu 21 każ pożittiv.Il-maġġoranza tal-każi huma marbuta ma’ każi rrapportati fl-aħħar jiem filwaqt li żewġ każi huma impurtati. Tliet każi ġodda huma ta’ immigranti li diġà kienu fi kwarantina.Intqal li l-maġġoranza tal-każi l-ġodda huma ta’ persuni li għandhom inqas minn 35 sena. Każ minnhom hu ta’ anzjana ta’ 80 sena.F’dawn l-erbgħa u għoxrin siegħa ma kienx hemm persuni li fiequ mill-virus.

OFFICIAL COVID-19 figures for 1•08•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate

Gepostet von saħħa am Samstag, 1. August 2020

Fl-isfond ta’ dawn in-numri, il-Knisja f’Malta ddeċidiet li din is-sena ma jsirux iktar pellegrinaġġi. L-isqfijiet fi stqarrija qalu li waslu għal din id-deċiżjoni wara li segwew l-indikazzjonijiet pubbliċi li qed jagħtu l-awtoritajiet tas-saħħa.

Dawn l-iżviluppi seħħew l-għada li s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, tenniet li mhijiex favur li jsiru attivitajiet tal-massa. Tal-istess fehma l-Assoċjazzjoni Medika li appellat biex mit-Tnejn jiġu kkanċellati l-attivitajiet tal-massa għax jekk ma jsirx hekk, il-MAM qalet li l-pajjiż jirriskja li jitpoġġa fuq il-lista s-sewda tat-turiżmu tal-bqija tal-pajjiżi Ewropej b’konsegwenzi fuq l-irkupru ekonomiku tal-pajjiż.

Il-MAM esprimiet diżappunt li l-Ministeru għat-Turiżmu bl-appoġġ tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru qalet li għażlu li jinjoraw il-parir tas-Sovrintendenza dwar l-attivitajiet tal-massa li fi kliemhom kienu ta’ riskju għoli ħafn. L-Assoċjazzjoni wriet il-fehma li l-ilbies tal-maskri fuq ġewwa għandu jkun infurzat b’multi kif qalet qed isir fil-pajjiżi Ewropej.

Il-MAM qalet li qed tistenna r-reazzjoni tal-Gvern biex tiddeċiedi jekk jissospendix id-direttivi fil-qasam tas-saħħa ppjanati għat-Tnejn.

Intant, il-MAM qalet li wara laqgħa mad-Deputat Prim Ministru, Chris Fearne, intlaħaq qbil fil-prinċipju fuq abbozz ta’ dokument dwar kif fost oħrajn għandhom jiġu indirizzati l-perikli li jġibu magħhom l-attivitajiet tal-massa. Il-MAM qalet bħala sinjal ta’ rieda tajba ssospendiet id-direttivi fil-qasam tas-saħħa għall-Erbgħa. Irrimarkat iżda li ġiet skedata laqgħa oħra għat-Tlieta li fi kliemha se tħoll u torbot kollox.

L-Assoċjazzjoni tal-Lukandi u r-Ristoranti mill-banda l-oħra qalet li l-bilanċ bejn il-miżuri kontra l-imxija u l-ftuħ tal-ekonomija jassigura l-aħjar riżultati fil-ġlieda kontra l-pandemija. L-MHRA qalet li l-miżuri li tal-Gvern fosthom bil-ftuħ mill-ġdid tal-ajruport u bil-vouchers li tqassmu lin-nies, l-ekonomija bdiet tirkupra bil-mod il-mod u ġew salvati eluf ta’ impjiegi fosthom fis-settur turistiku.

L-Assoċjazzjoni wissiet iżda kontra pożizzjonijiet li sejħet estremi għax qalet li dawn jiggarantixxu riżultati li ddeskrivithom bħala diżastrużi għall-pajjiż. L-MHRA qalet li l-virus għadu jdur mas-saqajn u l-pajjiż jeħtieġ li jibqa’ japplika protokolli biex filwaqt li tkun issalvagwardjata s-saħħa pubblika, il-ħajja tibqa’ għaddejja.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija, MAM, u l-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel, MUMN, ħabbru azzjoni industrijali fid-dawl li l-attivitajiet tal-massa ma twaqqfux milli jiġu organizzati waqt il-pandemija tal-Covid. Il-MAM ordnat sensiela ta’ direttivi…

Lokali

Bejn din is-sena u s-sena li ġejja fiż-żona tat-tlett ibliet u l-Kalkara se jkunu qed isiru mal-25 proġett ta’ restawr varji fosthom fuq il-Forti Ricasoli, s-swar ta’ Santa Margerita u…

Lokali

Melvin Theuma, l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, baqa’ f’qagħda stabbli. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li Theuma għadu fit-taqsima tal-ENT fl-isptar Mater Dei. It-Tlieta 21 ta’ Lulju 2020, Theuma nstab…

Barranin

L-Iżvezja li ma marritx għal lockdown waqt din il-pandemija, irreġistrat tnaqqis ta’ 8.6% fl-ekonomija bejn ix-xhur ta’ April u Ġunju meta mqabbel mat-tlett xhur ta’ qabel. Skont l-uffiċċju tal-istatistika tal-pajjiż…

Aktar