Barranin
21 pajjiż fl-UE jivvotaw fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew

Miljuni ta’ votanti f’wieħed u għoxrin pajjiż tal-Unjoni Ewropea qed jivvutaw fir-raba’ u l-aħħar jum tal-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew biex ikunu magħrufa s-751 ewroparlamentari li se jservu fil-ħames snin li ġejjin. L-ewwel riżultati se jitħabbru ftit wara l-ħdax tal-lejla wara li jagħlqu l-aħħar postijiet tal-votazzjoni fl-Italja.

Waqt li r-riżultat ta’ Malta huwa bejn wieħed u ieħor magħruf u jiġi kkonfermat wara li tintemm il-votazzjoni fl-Italja, hemm stennija għar-riżultati finali fis-27 pajjiż l-ieħor li fl-aħħar erbat ijiem ivvutaw f’dawn l-elezzjonijiet Ewropej.

Bħala medja jidher li kien hemm żieda fl-għadd ta’ votanti mqabbla ma’ ħames snin ilu meta kienu ivvotaw 42.6%. Fost il-21 pajjiż li qed jivvutaw illum, sa nofsinhar ġew innutati żiediet fl-għadd ta’ votanti f’uħud mill-akbar pajjiżi fosthom il-Ġermanja, Franza, Spanja, l-Italja u l-Polonja.

F’xi pajjiżi l-elezzjonijiet qed jitqiesu bħala barometru tal-gvernijiet fosthom fi Franza fejn il-President Emmanuel Macron qed jittama li jikseb rebħa konvinċenti fuq il-partit lemini estrem mmexxi minn Marine Le Pen. L-osservaturi qalu li rebħa għal Macron issaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu fl-Unjoni Ewropea.

Fl-Italja mistennija rebħa għal Matteo Salvini tal-Lega li fil-Parlament Ewropew se jingħaqad f’Alleanza ġdida.

Fi Spanja, l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew għandhom jagħtu direzzjoni għat-twaqqif ta’ gvern ġdid wara l-elezzjonijiet inkonklussivi tax-xahar li għadda li ntrebħu mis-soċjalisti mingħajr maġġoranza.

Mistennija wkoll ir-riżultat fl-Awstrija wara li fl-aħħar jiem, il-Gvern ta’ koalizzjoni spiċċa fi kriżi u għada l-Kanċillier, Sebastian Kurz se jaffaċċja vot ta’ sfiduċja fil-Parlament.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qal li l-possibiltà ta’ ftehim emendat dwar Brexit jiddependi fuq il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, iżda tenna li r-Renju Unit għandu jkun imħejji li jitlaq sal-31 ta’…

Barranin

Ħames persuni tilfu ħajjithom wara li ajruplan żgħir u ħelikopter ħabtu u ġġarrfu fi Spanja. It-traġedja seħħet fuq il-gżira Mallorca għall-ħabta tas-1.35 ta’ waranofsinhar. Qed ikun irrappurtat li fil-ħelikopter kien…

Barranin

Frank u Carmen Sant, Maltin li jgħixu l-Awstralja, tilfu ħajjithom matul il-lejl li għadda wara li kienu involuti f’inċident f’Sydney. Il-każ kien irrappurtat mill-midja Awstraljana u anki minn dik Ingliża,…

Barranin

Il-pulizija f’Hong Kong użaw il-gass tad-dmugħ biex iwaqqfu protesti kontra l-gvern f’subborg industrijali wara li l-attivisti waddbu bombi tal-petrol u bricks. Dan seħħ hekk kif ċ-Ċina ħelset ħaddiem tal-konsulat tar-Renju…

Aktar