Lokali
21 pazjent bil-Covid-19 fl-Isptar Mater Dei, 3 fl-ITU

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar 24 siegħa nstabu 25 każ ġdid ta’ Covid-19.

Tħabbar ukoll li fiequ 51, biex b’hekk in-numru ta’ każi attivi tal-Covid issa huwa ta’ 617.

Fl-Isptar Mater Dei hemm 21 persuna li qed jingħataw il-kura minħabba l-virus, li 3 minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva (ITU).

In-numru tal-vittmi baqa’ ta’ 453.

Sal-bieraħ kienu ngħataw 811,183 doża tat-tilqima, li 4,821 kienu boosters.