Barranin
21 persuna nqatlu fi splużjoni f’pipeline taż-żejt fil-Messiku

Splużjoni f’pipeline taż-żejt li kien qed jillikja qatel minn tal-inqas 21 persuna u darab 71 oħra fiċ-ċentru tal-Messiku.

Ix-xandir tal-istat Messikan qed jirrapporta li residenti Messikani li bdew jiffullaw biex jisirqu ż-żejt li kien qed jillikja mill-impjant f’Tlahuelilpan kienu fost il-vittmi li spiċċaw f’ħuġġieġa nar.

Għexieren ta’ persuni ttieħdu l-isptar għal ġrieħi serji li sofrew. Il-Gvernatatur tal-istat , Omar Fayad wiegħed l-għajnuna kollha meħtieġa mir-residenti.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-kumpanija li qed tipproduċi l-ajruplani Boeing, qed taffaċċja problemi ġodda relatati mal-ajruplan kontroversjali 737 Max. Dan hekk kif instabu frak u fdalijiet fit-tankijiet tal-fjuwil ta’ uħud mill-ajruplani li qed jistennew…

Barranin

L-Unjoni Ewropea ddikjarat lill-Panama, is-Seychelles, Cayman Islands u Palau bħala tax havens u poġġiethom fil-lista s-sewda. Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Valdis Dombrovskis, qal li dawn il-ġurisdizzjonijiet qed itappnu r-reputazzjoni tagħhom…

Barranin

Fir-Renju Unit, mara ta’ 55 sena tilfet ħajjitha wara li nġarret mill-kurrent tal-ilma kawża tax-xita qawwija minħabba l-maltempata Dennis. Ix-xita qawwija wasslet biex mijiet ta’ djar għerqu bl-għargħar. Minħabba x-xita…

Barranin

Uffiċjali tas-saħħa Ċiniżi ppubblikaw id-dettalji preliminari tal-iżjed studju estensiv dwar il-coronavirus li stħarreġ iżjed minn sebgħin elf każ tal-virus. Informazzjoni miċ-ċentru Ċiniż għall-kontroll tal-mard u l-prevenzjoni, ic-CCDC sab li iżjed…

Aktar