Barranin
21 stat membru tal-UE jivvotaw illum

21 stat membru tal-Unjoni Ewropea llum qed jivvotaw biex jeleġġu l-ewroparlamentari li se jirrapreżentaw lill-pajjiżhom fil-Parlament Ewropew.

Il-Ħamis ivvutaw l-Olanda u r-Renju Unit li kellu jipparteċipa f’dawn l-elezzjonijiet minħabba li ġie pospost Brexit. L-Irlanda u r-Repubblika Ċeka vvutaw il-Ġimgħa filwaqt li s-Sibt ivvutaw is-Slovakkja, il-Latvja u Malta. Il-bqija tal-pajjiżi membri qed jivvutaw illum.

Aktar minn 426 miljun persuna fl-Unjoni Ewropea huma eliġġibbli sabiex jivvutaw. Fl-aħħar elezzjoni ta’ ħames snin ilu ħarġu jivvutaw 42.6%.