COVID-19
217-il każ ġdid ta’ Covid-19, ifiqu 3 – 18 l-isptar

In-numru ta’ każijiet attivi tal-Covid-19 tela’ għal 2,177 wara li feġġew 217-il każ ġdid u fiequ 3.

Il-każijiet il-ġodda ħarġu minn 4,091 ‘swab test’ li tellgħu t-total ta’ testijiet għal 1,049,318.

In-numru ta’ dawk li ħadu l-virus mindu feġġ f’pajjiżna f’Marzu 2020 issa tela’ għal 32,833.

Telgħu għal 30,236 dawk li skont l-awtoritajiet tas-saħħa rkupraw mill-pandemija.

Sal-bieraħ kienu ngħataw 728,106 doża tal-vaċċin bi 386,328 jkunu l-ewwel doża.

In-numru ta’ dawk li ħadu l-vaċċin b’mod komplut tela’ għal 359,042.

Mill-146 każ rappurtati lbieraħ 97 kellhom bejn 10 u 39 sena bl-età medja tkun ta’ 28 sena.

Fl-Isptar Mater Dei hemm 18-il pazjent b’wieħed minnhom fl-ITU.