Lokali
22 kamra tan-nar jingħaqdu għall-festival tan-nar

14-il Kunsill Lokali li jagħmlu parti mir-Reġjun ta’ Nofsinhar qasmu bejniethom €18,000 li nħarġu mir-Reġjun għal proġetti ta’ tisbiħ, għamara tat-triq, restawr, riġenerazzjoni ta’ ġonna u għal sistemi ta’ dawl fost oħrajn. Il-President tar-Reġjun tan-Nofsinhar, Jesmond Aquilina qal li l-flus ma tqassmux skont il-kobor jew iċ-ċokon tal-lokalità iżda kull kunsill ħa l-istess ammont.

Is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis qal fis-seba’ snin li ġejjin il-Gvern irid li l-lokalitajiet kollha jkunu fi stat ta’ eċċellenza. Huwa qal li r-riforma tar-reġjuni tesiġi li l-President tar-Reġjun ma jistax ikun sindku biex jiffoka aktar fuq ix-xogħol tiegħu.

Il-Ministru Owen Bonnici ħabbar li fl-10 u l-11 ta’ Mejju ser issir il-ħames edizzjoni tal-festival tan-nar organizzat mir-Regjun tan-Nofsinhar. Huwa qal li 22 kamra tan-nar ser jieħdu sehem f’dan il-festival li ser isir f’Birżebbugia u fl-Imqabba.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum Times of Malta tippubblika ritratt tal-oġġetti sagri tal-fidda f’ħanut tal-antikitajiet li huma propjetà tal-Ordni Agostinjana li għinu lill-Pulizija jsibu ċ-ċensier u n-navetta li kienu…

Partit Nazzjonalista

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qal li fl-14 ta’ Ottubru se jerġa’ jmur fil-Qorti Kostituzzjonali biex tinstema’ x-xhieda tal-Ministri Chris Cardona, Edward Scicluna u Konrad Mizzi u jgħidu kif ikkwotaw…

Edukazzjoni

L-għan taċ-ċentru interattiv tax-xjenza, Esplora, hu li jservi ta’ pont bejn it-teorija u l-prattika. Iċ-ċentru fil-Kalkara ppreżenta l-programm edukattiv għas-sena skolastika li ġejja lill-għalliema, li ngħataw preżentazzjoni dwar il-faċilitajiet u…

Kultura

Fil-Villa Schinas, f’Tas-Sliema, grupp ta’ żgħażagħ Slimiżi għaddejjin bit-tħejjijiet għad-dramm Demm il-Parrucchier, produzzjoni teatrali li ser tfakkar lil Manwel Attard, wieħed mill-vittmi tal-irvellijiet li seħħew fis-7 ta’ Ġunju, ta’ mitt…

Aktar