COVID-19
22 każ tal-varjant Brażiljan f’Malta – il-maġġoranza mill-grupp ta’ studenti barranin

Dwar il-varjanti f’Malta, is-Supretendent tas-Saħħa Professur Charmaine Gauci qalet li l-maġġoranza huma dak Ingliż.

F’konferenza tal-aħbarijiet, Profs. Gauci spjegat li hawn 5 każijiet ta’ varjant mill-Afrika t’Isfel u 22 mill-varjant tal-Brażil. M’hawn ebda każ ta’ varjant Indjan.

Dwar il-każijiet tal-varjant Brażiljan qalet li l-maġġorparti tagħhom kienu mill-cluster ta’ studenti universitarji li jgħixu flimkien f’kumpless.

Qalet li kien hemm 2 każijiet oħra u persuna oħra relatata ma’ dan il-cluster. Kien hemm ukoll xi każijiet sporadiċi li ma kinux relatati ma’ safar.