Barranin
$22 miljun f’għajnuna għall-Amażonja

Intemm is-summit tas-seba’ pajjiżi li jħaddnu l-iżjed ekonomiji b’saħħithom fid-dinja bi ftehim biex jingħataw tnejn u għoxrin miljun dollaru għall-azzjoni immedjata fl-Amazon. Is-summit li ntemm illum itratta wkoll Brexit, u t-tensjonijiet maċ-Ċina u l-Iran.

Il-mexxejja tal-akbar seba’ ekonomiji qablu li jipprovdu għajnuna loġistika u finanzjarja biex ma tkomplix issir ħsara min-nirien li ħakmu l-Amażonja. Il-President Franċiż, Emanuel Macron, qal li għal dan il-għan il-mexxejja qablu li jipprovdu 22 miljun dollaru. Macron qal li Franza se tipprovdi għajnuna loġistika permezz tal-militar.

Ir-reazzjoni tal-President tal-Brażil ma tantx kienet favorevoli. Jair Bolsonaro qal li pajjiżu qed ikun trattat daqslikieku hu kolonja minn dik li sejjaħ l-alleanza biex issalva l-Amażonja. Fi tweet qal li s-sovranità tal-Brażil għandha tkun rispettata. Allega li Macron għandu intenzjonijiet oħra.

Fi żvilupp separat, il-President Amerikan Donald Trump ħabbar li l-Istati Uniti u ċ-Ċina se jirritornaw lejn il-mejda tan-negozjati hekk kif it-theddida ta’ gwerra kummerċjali ddominat parti sostanzjali tat-taħdidiet waqt is-summit tal-G7.

Il-kwistjoni kibret meta Trump ħabbar li se jżid sew it-tariffi fuq prodotti importati miċ-Ċina b’ritaljazzjoni għall-miżuri simili li kienu introdotti minn Beijing. L-iżviluppi kellhom impatt sinifikanti fuq is-swieq dinija bil-valur ta’ għadd ta’ ishma jonqos drastikament.

Il-President Trump ikkonferma n-negozjati bejn iż-żewġ naħat se jissuktaw.

“Talks are going on with China at a very high level.”

Iċ-Ċina għadha ma rreaġġixxietx għall-aħħar żviluppi minkejja li sejħet għall-kalma.

“But I think it’s a very good word to use, ‘calm.’ It’s not a word that I use that often, but it’s a good word to use, and I think it’s one of the reasons that it’s (China) a great country and that they understand.”

Anki l-Iran kien fuq l-aġenda, bil-President Amerikan Donald Trump iddikjara li hemm ftehim dwar kif se jitrattaw l-ambizzjonijiet nukleari tal-Iran.

Il-kanċillier Ġermaniża, Angela Merkel, qalet iżda li l-kwistjoni mhix riżolta.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-Unjoni Ewropea ddikjarat lill-Panama, is-Seychelles, Cayman Islands u Palau bħala tax havens u poġġiethom fil-lista s-sewda. Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Valdis Dombrovskis, qal li dawn il-ġurisdizzjonijiet qed itappnu r-reputazzjoni tagħhom…

Barranin

Fir-Renju Unit, mara ta’ 55 sena tilfet ħajjitha wara li nġarret mill-kurrent tal-ilma kawża tax-xita qawwija minħabba l-maltempata Dennis. Ix-xita qawwija wasslet biex mijiet ta’ djar għerqu bl-għargħar. Minħabba x-xita…

Barranin

Uffiċjali tas-saħħa Ċiniżi ppubblikaw id-dettalji preliminari tal-iżjed studju estensiv dwar il-coronavirus li stħarreġ iżjed minn sebgħin elf każ tal-virus. Informazzjoni miċ-ċentru Ċiniż għall-kontroll tal-mard u l-prevenzjoni, ic-CCDC sab li iżjed…

Barranin

Mal-10,000 raġel fil-Ġappun niżlu fl-ilma f’kesħa xxoqq il-għadam, f’kompetizzjoni tradizzjonali li tmur lura mal-500 sena. Fil-festival Hadaka Matsuri, l-irġiel jilbsu biss biċċa ċarruta bajda u jinġabru f’tempju biex jilqgħu r-rebbiegħa….

Aktar