Lokali
2,208 koppja jieħdu d-divorzju f’sitt snin

2,208 koppja ħadu d-divorzju minn Ottubru tal-2011 sa Novembru 2017.

Il-liġi tad-divorzju kienet daħlet fis-seħħ fl-1 t’Ottubru, 2011 wara li fit-28 ta’ Mejju, 2011 kien sar referendum.

Fl-aħħar tliet xhur tal-2011 kienu 42 koppja ngħataw id-divorzju.

Waqt li kien qed iwieġeb għad-domanda parlamentari tad-Deputat Laburista Robert Abela, il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici qal li tul il-perjodu msemmi f’Malta kien hemm  2,125 koppja li ħadu d-divorzju filwaqt li f’Għawdex kien hemm 83 koppja li ħadu d-divorzju.

F’Malta l-aktar sena li kien hemm koppji li ħadu d-divorzju kienet l-2012, b’total ta’ 432, filwaqt li f’Għawdex kienet l-2015 bi 22 koppja.