COVID-19
221 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta, 191 oħra mfejqa

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar 221 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta minn 3,274 swab test li saru fl-aħħar 24 siegħa.

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru wkoll li 191 persuna oħra ġew iddikjarati mfejqa, biex b’hekk it-total ta’ persuni li fiequ mill-virus minn meta faqqgħet il-pandemija tela’ għal 18,500 persuna.

Minn Marzu ’l hawn f’Malta nstabu 21,306 persuni pożittivi għall-Covid-19, li minnhom hemm 2,500 każ attiv.

B’kollox sal-bieraħ ingħataw 66,334,tilqima, li 21,160 minnhom kienu jikkostitwixxu t-tieni doża.

Tħabbar ukoll li fl-aħħar 24 siegħa miet raġel ta’ 84 sena li kien pożittiv għall-Covid-19.

Ara wkoll:

Raġel imut waqt li kellu l-Covid-19