Statistika
2,255 inċident tat-traffiku bejn April u Ġunju… minkejja l-Covid-19

Skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-istatistika, bejn April u Ġunju, l-inċidenti fit-toroq naqsu bi kważi 41% meta mqabbel mas-sena l-oħra. Iċ-Chairman tal-Kunsill għas-sigurtà fit-toroq iżda ma tbissimx wisq quddiem din l-istatistika, fosthom billi dawn iċ-ċifri intlaħqu fi żmien meta ħafna mit-toroq kienu battala minħabba l-effetti tal-pandemija. Huwa appella biex l-istatistika tkun tinkludi aktar dettall dwar in-natura tal-inċidenti.

Minkejja li l-pandemija mewtet għall-kollox l-attività fit-toroq, bejn April u Ġunju xorta kienu irreġistrati aktar min-nofs l-inċidenti meta mqabbel mal-istess perjodu is-sena l-oħra.

Skont l-uffiċċju Nazzjonali tal-istatistika, f’dawn it-tliet xhur, kien hemm 2,255 inċident, li jfisser 41 fil-mija inqas minn kemm seħħew fit-tieni kwart tas-sena l-oħra. Madanakollu, iċ-chairman tal-kunsill għas-sigurtà fit-toroq Pierre Vella qal li r-rati xorta huma ta’ tħassib.

“Qabel nitfgħu tbissima fuq wiċċna aħjar nanlizzaw is-sitwazzjoni. F’dak il-perjodu kellna inqas karozzi fit-toroq u proportionatly bilfors kien se jkollna inqas inċidenti. Wieħed irid iħares lejha b’mod analitiku. Tajjeb inkissru ftit ieħor id-data biex naraw minn fejn ġejjin dawn l-incidenti,” qal iċ-Chairman tal-Kunsill għas-Sigurtà fit-Toroq, Pierre Vella.

Is-Sur Vella qal li mhux biżżejjed li wieħed iqabbel iċ-ċifri ta’ sena ma’ oħra. Żied li meta jħares lejn l-istatistika jagħmel numru ta’ mistoqsijiet li jekk ikunu imwieġba jistgħu jindirizzaw il-problemi fit-toroq.

“Kien hemm raġuni għaliha? Hemm fejn nistgħu nimpruvjaw? X’kien hemm, forsi nuqqas min-naħa tas-sewwieqa jew l-awtoritajiet?Billi nħarsu lejn numri, ma naslu imkien imma rridu inħaffru ftit iktar biex naraw għaliex,” kompla is-Sur Vella.

Mill-istatistika joħroġ li terz tal-inċidenti seħħew fiż-żona tan-naħa ta’ fuq tal-port. L-ammont ta’ persuni li indarbu waqt dawn l-inċidenti naqsu bin-nofs mis-sena l-oħra, b’49 jindarbu gravi – il-maġġoranza tagħhom sewwieqa. Minn dawn ħamsa mietu – tlieta minnhom kienu sewwieqa ta’ muturi u ieħor passiġġier. Is-Sur Vella qal li l-veloċità eċċessiva kienet waħda mir-raġunijiet ewlenin wara l-inċidenti, billi ħafna abbużaw meta sabu it-toroq vojta. Appella għall-kors ta’ tagħlim ta’ sewqan avvanzat li jista’ jtejjeb is-sitwazzjoni.

“Jekk qed naqbeż comfort zone u qed naċċellera iktar milli suppost naf x’qed nagħmel? Kapaċi nikkontrolla? Dan fattur ieħor li mill-aspett ta’ advanced driving skills m’hawnx post fejn wieħed jitghallem dat-tip ta’ sewqan kif jirreagixxi f’każ li jkun se jkollok inċident,” kompla ċ-Chairman tal-Kunsill għas-Sigurtà fit-Toroq, Pierre Vella.

Is-Sur Vella qal li kull min juża it-triq għandu jġorr responsabiltà biex inaqqas r-rata ta’ inċidenti, inkluż dawk li jkunu mexjin, billi jsegwu ir-regolamenti tat-triq.

Aħbarijiet Oħra

Il-pandemija affettwat lil kulħadd, anke lill-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund li tgħin lil mijiet ta’ nies morda, tfal b’diżabilità, tfal li jkollhom bżonn kura barra l-pajjiż u nies li m’għandhomx…

Quddiem l-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia xehed il-Ministru tal-Edukazzjoni Owen Bonnici, li ġie mistoqsi dwar il-perjodu ta’ meta kien responsabbli mill-portafoll tal-Ġustizzja. Mistoqsi dwar il-proklama li ngħata…

Dr Bernard Grech, nieda l-kampanja tiegħu għall-elezzjoni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista. Bit-tema Ningħaqdu, nirnexxu, u niġġeddu, Dr Grech qal li jrid jara Partit Nazzjonalista magħqud u sħiħ, għalkemm imsejjes fuq il-ħiliet…

Il-Partit Laburista qal li r-rapport ta’ diliġenza dwar Adrian Delia u Bernard Grech juri li ż-żewġ kandidati għall-elezzjoni mhumiex idonji għall-kariga ta’ Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista. F’konferenza tal-aħbarijiet, il-President…

Aktar