COVID-19
23 każ ġdid ta’ Covid-19, 4 oħra mfejqa

Fl-aħħar 24 siegħa 23 persuna f’Malta rriżultaw pożittivi għall-Covid-19, wara li ġew ittestjati 1,618 swab. Ġew iddikjarati wkoll erba’ persuni oħra mfejqa, biex issa l-każijiet attivi huma ta’ 415.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li każ minnhom huwa impurtat, filwaqt li t-tnejn l-oħra jiffurmaw parti mill-grupp ta’ Paceville. Fir-rigward tal-kumplament qed isiru l-kuntatti mit-tim tal-contact tracing.

L-awtoritajiet tas-saħħa tennew l-appell biex in-nies tevita li tmur f’postijiet iffullati.

Sal-bieraħ kien hemm 4 persuni fl-isptar Mater Dei, ħadd minnhom fit-taqsima tal-kura intensiva. Għoxrin persuna oħra kienu qed jinżammu fl-isptar Boffa u fl-isptar St Thomas, bl-awtoritajiet tas-saħħa qalu lil TVM li hemm pazjenti qed jinżammu l-isptarijiet bi prekawzjoni għaliex ma jistgħux joqogħdu d-dar iżolati minn persuni oħra.

Aħbarijiet Oħra

Il-viżjoni li tixpruna l-programm li tħejja għall-istaġun li jmiss ta’ Spazju Kreattiv taħseb biex tegħleb l-isfidi tal-Covid-19, bl-organizazzjoni ta’ 400 attività bis-sehem ta’ 320 artist u 17-il għamla ta’ arti…

Fil-Jum Dinji tat-Tindif, l-attivitajiet f’Malta kienu ffukati biex iwasslu messaġġ dwar il-ħsara li jagħmel il-plastik fil-baħar. Minn attivitajiet ta’ tindif f’erba’ bajjiet popolari, f’għodwa waħda nġabru ‘l fuq minn 150…

Aktar