Lokali
23 pazjent bil-Covid fl-isptar, 4 fl-ITU

In-numru ta’ persuni li għandhom il-Covid-19 niżel għal 523 wara li fl-aħħar 24 siegħa feġġew 18-il każ ġdid u 49 persuna rkupraw mill-virus.

Fl-Isptar Mater Dei hemm 23 pazjent li qed jingħataw il-kura minħabba li għandhom il-virus b’4 jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva (ITU).

In-numru ta’ mwiet baqa’ ta’ 456.

L-aħħar aġġornament tal-awtoritajiet tas-saħħa juri wkoll li sal-bieraħ kienu ngħataw 813,115 doża tal-vaċċin b’5,450 minnhom kienu l-booster.