Barranin
23 persuna jinqatlu fi splużjoni fis-Sirja

Fis-Sirja, mill-anqas 23 persuna nqatlu u numru ferm akbar indarbu fi splużjoni kbira li seħħet fil-belt ta’ Idlib, li tinsab taħt il-kontroll tar-ribelli.

Aġenzija tad-Drittijiet tal-Bniedem fir-Renju Unit qalet li l-isplużjoni seħħet fil-kwartieri ġenerali ta’ fazzjoni ta’ ribelli. Jinghad li 7 mill-mejta huma ċittadini. S’issa għadu mhux ċar xi kkawża l-isplużjoni – b’ rapporti qed jgħidu li kienet karozza bomba filwaqt li oħrajn qed jgħidu li kien attakk mill-ajru.

L-Aġenzija tad-Drittijiet tal-Bniedem qalet li ntbagħat grupp ta’ persuni li qed jaħdmu mingħajr waqfien biex jagħtu l-ewwel għajnuna lill-vittmi li nqabdu fit-tifrik ta’ residenzi fil-viċin fejn seħħet l-isplużjoni.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-familja Rjali rringrazzjat lil dawk kollha li vvjaġġaw għal Windsor biex jattendu għat-tieġ tal-Prinċep Harry u Meghan Markle. Ilbieraħ eluf ta’ nies ħonqu t-toroq tal-madwar biex jaraw lill-koppja fil-ġurnata tant…

Barranin

Dak li hu suspettat li wettaq il-massakru fl-iskola ta’ Santa Fe f’Texas qal lill-Qorti li hu ma qatilx lill-istudenti kollha li sab quddiemu, għaliex ried li jħalli ħajjin lil dawk…

Barranin

Waslet il-bewsa tant mistennija li ssiġillat l-imħabba tal-Prinċep Harry u Meghan Markle, li żżewġu f’ċerimonja fil-Kastell Windsor. Huma ngħaqdu fiż-żwieġ fil-kappella ta’ San Ġorġ fil-preżenza tar-Reġina Elżabetta II u 600…

Barranin

F’Pisa, dik li kellha tkun ġurnata rutina spiċċat f’traġedja għal familja taċ-ċkejkna Giorgia. Jidher li missierha li, kuljum kien iwassal lit-tifla c-child care, nesiha kompletament fil-karozza u baqa’ sejjer ix-xogħol…

Aktar