Barranin
AĠĠORNAT: Għexieren imutu f’nirien li ħakmu sptar fl-Iraq

Fl-Iraq, minn tal-anqas 82 persuna mietu f’nar li ħakem sptar li kien qed jagħti kura lil persuni morda bil-Covid-19 fil-kapitali Baghdad. Aktar minn 100 ruħ oħra ndarbu fin-nar li ħakem l-isptar matul il-lejl li għadda.

Rapporti qalu li inċident wassal biex sploda tank tal-ossiġnu u mbagħad beda n-nar. Filmati fuq il-media soċjali juru pumpiera għaddejjin b’ħidma biex jitfu n-nar u nies jaħarbu mill-bini.

Il-Prim Ministru tal-Iraq, Mustafa al-Kadhimi, sejjaħ investigazzjoni immedjata dwar x’ikkawża dan l-inċident traġiku.