Barranin
23 persuna mietu kawża tal-Uragan Dorian fil-Bahamas

Fil-Bahamas l-uragan Dorian kompla jġib iktar ħerba u vittmi, fejn sa issa l-għadd ta’ nies li qatel dan l-uragan tela’ għal tlieta u għoxrin ruħ bl-awtoritajiet qed jistennew li l-ammont ta’ vittmi se jkompli jiżdied bl-eluf. L-awtoritajiet bagħtu iktar ħaddiema tas-salvataġġ, u anki boroż għall-katavri fil-gżejjer ta’ Abaco, l-iktar gżira li ntlaqtet ħażin minn dan l-uragan. L-uragan Dorian b’saħħa kbira irnexxielu jeqred partijiet kbar mit-tramuntana ta’ Bahamas mill-Ħadd sat-Tlieta, u issa għaddej għall-kosti ta’ South u North Carolina, bi tbassir iżda li issa dan l-uragan qed jitlef mis-saħħa tiegħu.

Fil-gżejjer ta’ Abacos u fi Grand Bahama, mijiet u possibilment eluf għadhom irrapurtati nieqsa.

Is-saħħa ta’ dan l-uragan kienet fil-kateogrija ħamsa, bir-riħ laħaq veloċità ta’ mija u ħamsa u tmenin mil fis-siegħa.

Minħabba l-uragan il-gzira ta’ Abaco mhix abitabbli iktar, b’għadd ta’ katavri mitfugħa fuq xulxin, bla ilma, bla elettriku u lanqas ikel. Skont in-Nazzjonijiet Magħquda mas-sitta u sebgħin elf ruħ għandhom bżonn għajnuna umanitarja.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Wara 48 siegħa jgħixu mumenti mill-aktar drammatiċi, ir-residenti u s-sidien tan-negozji f’Venezja ħadu ftit tan-nifs hekk kif stenbħu f’temp bnazzi u bil-livell tal-ilma inqas mir-rekord ta’ kważi żewġ metri fis-sigħat…

Barranin

Minn tal-inqas 5 persuni ndarbu fi sparaturi li seħħew fi skola f’Kalifornja. L-isparaturi seħħew f’Saugus High School f’Santa Clarita ftit minuti qabel bdew il-lezzjonijiet. Is-suspettat huwa ġuvni Ażjatiku ta’ 15-il…

Barranin

Il-ħamiem issibu kważi f’kull belt ewlenija madwar id-dinja foshom fil-Belt Valletta, iżda qatt innutajt li xi wħud minnhom bi swaba’ neqsin? Jidher li dan it-tajr jitlef xi swaba’ mhux għax…

Aktar