
COVID-19
233 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta, 162 oħra mfejqa
Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar 233 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta minn 3,654 swab test li saru fl-aħħar 24 siegħa.
Tħabbar ukoll li 162 persuna oħra ġew iddikjarati mfejqa, biex b’hekk it-total ta’ persuni li fiequ mill-virus minn meta faqqgħet il-pandemija tela’ għal 19,905 persuna.
Minn Marzu ’l hawn f’Malta nstabu 23,226 persuni pożittivi għall-Covid-19, li minnhom hemm 3,000 każ attiv.
B’kollox sal-bieraħ ingħataw 84,129 tilqima, li 29,748 minnhom kienu jikkostitwixxu t-tieni doża.
Tħabbar ukoll li fl-aħħar 24 siegħa żewġ persuni mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.
Ara wkoll: