COVID-19
237 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta, 168 oħra mfejqa

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar 237 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta minn 3,578 swab test li saru fl-aħħar 24 siegħa.

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru wkoll li 168 persuna oħra ġew iddikjarati mfejqa, biex b’hekk it-total ta’ persuni li fiequ mill-virus minn meta faqqgħet il-pandemija tela’ għal 19,255 persuna.

Minn Marzu ’l hawn f’Malta nstabu 22,219 persuni pożittivi għall-Covid-19, li minnhom hemm 2,651 każ attiv.

B’kollox sal-bieraħ ingħataw 76,159 tilqima, li 25,118 minnhom kienu jikkostitwixxu t-tieni doża.