COVID-19
24 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta – 65 oħra mfejqa u l-ebda mewt

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li fl-aħħar 24 siegħa nstabu 24 każ biss tal-COVID-19. Dawn iċ-ċifri nstabu minn fost 1,992 swab test.

Il-Ministeru għas-Saħħa rrapporta wkoll li bejn ilbieraħ u lllum fiequ 65 persuna, biex issa hemm 522 każ attiv.

Fl-24 siegħa ma miet ħadd pożittivi bil-COVID-19.

B’kollox mill-bidu tal-pandemija mietu 411-il persuna waqt li kienu pożittivi bil-coronavirus.

Fir-rigward tat-programm nazzjonali ta’ tilqim, aktar minn 90 elf persuna ħadu ż-żewġ d-dożi tat-tilqim.

B’kollox sal-bieraħ ingħataw 288,797 doża tat-tilqim.