Ambjent
24 siegħa għal xahrejn mal-bajd tal-fekruna f’Golden Bay

F’dawn l-aħħar jiem żewġt ifkieren tal-baħar telgħu jbidu fir-ramel fuq xtajta Maltin u Għawdxin. Fekruna minnhom, telgħet tbid fil-Bajja tal-Mixquqa. Liema bajja, in-nies tafha aħjar bħalha Golden Bay. Il-fekruna, xogħolha għamlitu. Il-bejta, waħedha, iżda, ma tkampax. B’hekk, b’dedikazzjoni liema bħalha għadd ta’ voluntiera bħalissa qed joqogħdu għassa mal-bajd tal-fekruna fi ħdan il-bejta lejl u nhar.

Uħud mill-voluntiera, jippreferu jagħtu daqqa t’id billejl, f’bajja ħiemda għajr għall-ħoss tal-mewġ jissielet mal-blat. Ħaddieħor, billejl jaf tmur għajnu bih u għalhekk jippreferi joqgħod għassa mal-bejta taħt il-qilla tax-xemx akkost li jara ruħ u jkollu ma’ min jgħid kelma.

F’kummenti lil tvm.com.mt Angelique Lofaro, is-segretarja tal-għaqda Nature Trust qalet li hekk kif fl-aħħar jiem ġriet il-kelma li telgħet tbid fekruna f’Golden Bay middet idejha minnufih u f’kemm ili ngħidlek ġabret għadd ta’ voluntiera bil-għan li minn hawn u ftit ġimgħat oħra l-bajd tal-fekruna jfaqqas b’wiċċ il-ġid. Is-Sinjura Lofaro spjegat li l-bejta rnexxielhom isibuha wara kważi sitt sigħat.

Sors: Nature Trust

Mistoqsija kif qed tiġi mgħassa l-bejta f’Golden Bay, is-Sinjura Lofaro qalet li mal-74 voluntier qed ixammru l-kmiem b’tali mod li kull tliet sigħat ikun hemm xi ħadd għassa mal-bejta. Spjegat, li fost l-oħrajn xogħol il-voluntiera hu li jiċċattjaw ir-ramel madwar il-bejta bil-għan li jaraw jekk hemmx traċċi ta’ annimali oħra li jistgħu jkunu ta’ theddida għall-bejta. Xogħolhom ukoll, li jassiguraw li fl-inħawi jinżamm is-skiet.

Jekk inti wkoll tixtieq tagħti daqqa t’id lil Nature Trust kif ukoll biex tikseb aktar tagħrif tista’ tibgħat email hawnhekk.

Intant, il-pubbliku mħeġġeġ jagħmel kuntatt minnufih mal-għaqda Nature Trust jew mal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, l-ERA f’każ li jinnota xi bejtiet simili.

Bejta ta' fekruna fil-Bajja tal-Mixquqa

Il-fekruna 🐢 xogħolha għamlitu…il-bejta waħedha, iżda, ma tkampax!24 siegħa għal xahrejn mal-bajd tal-fekruna f'Golden BayAqra aktar: https://www.tvm.com.mt/mt/news/24-siegha-ghal-xahrejn-mal-bajd-tal-fekruna-fgolden-bay/Nature Trust – FEE Malta

Gepostet von Television Malta am Dienstag, 14. Juli 2020

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Sal-lum ma kienx faċli li wieħed jikseb informazzjoni dwar l-antenati tiegħu li jmorru lura qabel l-1863 meta bdew jiġu rreġistrati kull twelid, żwieġ u mewt f’Malta u Għawdex. Ħafna minn…

Kultura

Bħal għada filgħaxija, lejlet il-festa tas-Salvatur f’Ħal Lija, id-dilettanti tan-nar kienu joħonqu ż-żoni ċentrali ta’ Malta biex isegwu l-ispettaklu ferm mistenni tal-logħob tan-nar. Din is-sena, minflok fl-għelieqi jħejju għal dan…

Ambjent

Il-WasteServ qalet li l-ġbir tal-ħġieġ għar-riċiklaġġ huwa amministrat minn żewġ skemi privati, li huma responsabbli li jiġbru ħġieġ segregat. Il-kumpanija qalet li avżat lil dawn l-iskemi li mhux se taċċetta…

Aktar