Barranin
240 evidenza fl-investigazzjonijiet dwar l-attentat ta’ qtil ta’ spija Russu

Fir-Renju Unit il-Pulizija dentifikaw aktar minn 240 prova ta’ evidenza fl-investigazzjonijiet dwar l-attentat ta’ qtil ta’ spija Russu u bintu permezz ta’ sustanza velenuza sitt ijiem ilu.

Col Skripal li għandu 66 sena u bintu Yulia ta’ 33 jinsabu fl-istpar f’Salisbury u għadhom f’qagħda kritika. Magħhom hemm ukoll aġent tal-Pulizija Nick Bailey li kien minn tal-ewwel li kien fuq ix-xena fejn seħħ l-attentat ta’ qtil tant li spiċċa ma jiflahx izda issa jinsab f’kundizzjoni tajba u qed jitkellem mal-familja tiegħu.

Fuq xena tal-attentat ta’ qtil kien hemm aktar minn 250 pulizija li huma esperti kontra l-attakki terroristiċi. Intqal li l-Gvern qed juża r-riżorsi kollha tiegħu biex jidentifika min huwa responsabbli ta’ dan l-attakk. L-ispija u bintu nstabu mitlufa minn sensihom fuq bank fl-4 ta’ Marzu.

Aħbarijiet Oħra
Renju Unit

L-għada li l-mexxejja tal-Unjoni Ewropea rrifjutaw il-pjan tal-Prim Ministru Ingliża Theresa May għal Brexit, hija ammettiet li n-negozjati mal-Unjoni Ewropea jinsabu fi sqaq. Żied tgħid li għalkemm trid ftehim, ikun…

Barranin

Fi New York mara li taħdem f’daycare centre tat daqqiet bi strument bil-ponta lill-ħames persuni. Il-vittmi huma 3 itfal, 2 ibniet u tifel li kienu ma’ missierhom u mara oħra…

Barranin

Żagħżugħa ta’ 19-il sena mietet tliet ijiem biss wara li żżewġet lir-raġel li kienet tħobb minn meta kienet għadha tifla. Nina Marino ta’ 19-il sena kellha marda terminali. F’Mejju, 2017…

Barranin

Mill-inqas 86 persuna għerqu wara li vapur b’mijiet ta’ passiġġieri għereq f’Lake Victoria t-Tanzanija. Huwa mifhum li mill-inqas in-numru ta’ vittmi jista’ jitla’ għal iktar minn mitejn. Il-vapur, Mv Nyerere…

Aktar