COVID-19
240 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta, 80 oħra mfejqa

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar 240 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta minn 3,354 swab test li saru fl-aħħar 24 siegħa.

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru wkoll li 80 persuna oħra ġew iddikjarati mfejqa, biex b’hekk it-total ta’ persuni li fiequ mill-virus minn meta faqqgħet il-pandemija tela’ għal 12,016 persuna.

Minn Marzu ’l hawn f’Malta nstabu 14,769 persuni pożittivi għall-Covid-19, li minnhom hemm 2,519 każ attiv.

Il-każijiet tal-lum għadhom qed jiġu investigati, waqt li minn tal-bieraħ jirriżulta li 42 huma membri tal-familja ta’ każi pożittivi, 11 ġew infettati minn fuq il-post tax-xogħol, 6 oħra kienu f’kuntatt dirett ma’ persuni bil-virus, waqt li 11 kienu f’attivitajiet soċajli ma’ persuni pożittivi.