Poeżiji li kitbu t-tfal tal-iskola l-bażi għal-lirika ta’ kunċert illejla fl-Imdina

Mat-800 poeżija li kitbu tfal ta’ diversi skejjel minn madwar Malta u Għawdex, huma l-bażi tal-lirika ta’ kunċert li kiteb il-kompożitur Malti Reuben Pace li se jsir illum fit-8 p.m. fil-Katidral tal-Imdina.

concert (2)Il-kunċert li se jsir għall-ewwel darba, ‘Versus – of God and Man’ huwa parti mill-Mdina Cathedral Contemporary Art Biennale 2015/2016.

Il-kor Collegium Musicale mill-Estonja jinsab Malta apposta biex ikanta waqt dan il-kunċert taħt id-direzzjoni tat-tenur Endrik Uksvarav.

Mal-kor se jkantaw ukoll numru ta’ kantanti Maltin fosthom is-sopran Nathan Schembri Rodgers, is-sopran Francesca Aquilina, il-mezzo sopran Clare Ghigo u l-baritonu Louis Andrew Cassar akkumpanjati mill-organista Romina Morrow.

Id-dħul mill-biljetti għall-kunċert li għandu l-appoġġ tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni, se jmur b’risq il-Fondazzjoni Inspire.

L-Mdina Cathedral Contemporary Art Biennale fetħet fit-13 ta’ Novembru 2015 u se tibqa għaddejja sas-7 ta’ Jannar 2016.

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Professur Alan Deidun qal li fl-ibħra Maltin feġġet ħuta invażiva magħrufa bħala Siganus Luridus jew Qawsalla. Fuq Facebook, Prof Deidun spjega li l-ħuta oriġinat fil-Baħar l-Aħmar u l-Oċean Indjan. Hija ġiet…

Aktar