COVID-19
245 każi ġodda ta’ Covid-19 f’Malta – 69 oħra mfejqa

Il-Ministeru għas-Saħħa kkonferma li fl-aħħar 24 siegħa nstabu 245 każi ġodda minn 3,592 swab test li saru mentri 69 oħra ġew imfejqa mill-virus.

Il-każijiet tal-lum għadhom qed jiġu investigati iżda minn tal-bieraħ 40 huma membri tal-istess familja, 22 ġew infettati minn fuq il-post tax-xogħol mentri 15 oħra laqqtu l-virus wara kuntatt dirett ma’ persuni bil-Covid-19.

13-il persuna oħra ħadu l-virus minn ġemgħat ta’ persuni.