COVID-19
25 każ ġdid ta’ Covid-19, 24 oħra mfejqa

Fl-aħħar 24 siegħa rriżultaw 25 każ ġdid ta’ Covid-19, waqt li fiequ 24 oħra.

Dan ifisser li n-numru ta’ persuni pożittivi għall-Covid-19 bħalissa huwa ta’ 290.

Fl-Isptar Mater Dei qed jingħataw il-kura 11-il pazjent li għandhom il-virus, filwaqt li persuna tinsab fl-ITU.

In-numru ta’ mwiet baqa’ ta’ 459 wara li bejn ilbieraħ u dalgħodu ma ġiet rappurtata ebda mewt relatata mal-virus.

Sal-bieraħ kienu ngħataw total ta’ 848,445 doża tal-vaċċin bi 29,990 minnhom kienu l-booster.