COVID-19
25 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta – 35 oħra mfejqa

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li fl-aħħar 24 siegħa nstabu 25 każ biss tal-COVID-19. Dawn iċ-ċifri nstabu minn fost 2,112 swab test.

Il-Ministeru għas-Saħħa rrapporta wkoll li bejn ilbieraħ u lllum fiequ 35 persuna, biex issa hemm 465 każ attiv.

Fl-24 siegħa mietet raġel ta’ 67 sena bil-COVID-19.  B’kollox mill-bidu tal-pandemija mietu 413-il persuna waqt li kienu pożittivi bil-coronavirus.

Fir-rigward tat-programm nazzjonali ta’ tilqim, aktar minn 99,574 persuna ħadu ż-żewġ d-dożi tat-tilqim.

B’kollox sal-bieraħ ingħataw 311,559 doża tat-tilqim.

F’konferenza tal-aħbarijiet, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li llum nofs il-popolazzjoni Maltija tkun ħadet l-ewwel doża tal-vaċċin. Qal li din iċ-ċifra tpoġġi lil Malta l-ewwel madwar l-Ewropa kollha. Żied jgħid li dawk li għandhom 60 sena jew aktar u baqgħu ma rċivewx appuntament, għandhom jirreġistraw mal-awtoritajiet tas-saħħa.

Ara wkoll:

Illum nofs l-adulti Maltin jkunu ħadu l-ewwel doża tal-vaċċin

Mill-10 ta’ Mejju r-restoranti jerġgħu jinfetħu sal-5.00 p.m.

It-taħriġ tal-isport b’kuntatt ikompli mill-10 ta’ Mejju; il-kompetizzjonijiet sportivi wkoll iżda bla partitarji