Lokali
25 koppja anzjana qed jgħixu f’bini riġenerat fin-naħa t’isfel tal-Belt

Il-Ministru Konrad Mizzi qal li proprjetà fi Triq il-Punent, il-Belt, qed tiġi rranġata biex takkomoda 25 koppja anzjana. Dan hu wieħed minn sensiela ta’ proġetti ta’ riġenerazzjoni soċjali li l-Gvern qed iwettaq fin-naħa t’isfel tal-Belt fejn fost oħrajn qed jiġu stallati liftijiet u tisbiħ taż-żona anke permezz ta’ pavimentar ġdid.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir (GHRC) Gino Cauchi qal li sar xogħol ta’ restawr f’diversi kappelli, fuq is-swar u fuq il-faċċatta tal-Berġa tal-Baviera. Qal li qed tiġi studjata sistema ta’ dwal għan-naħa t’isfel tal-Belt u se titnieda Heritage Trail App biex din iż-żona tingħata l-importanza li jixirqilha fl-istorja.

Iċ-Chairman tal-GHRC Stefan Zrinzo Azzopardi qal li wara x-xogħol li sar fin-naħa ta’ fuq tal-Belt, kien imiss li tingħata importanza liż-żona ta’ Marsamxett biex tingħata kwalita’ ta’ ħajja aħjar lir-residenti f’dawn l-inħawi li għal ħafna snin tħallew minsija.

Is-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia qal li hemm 15-il inizjattiva f’din iż-żona tal-Belt, li qed isiru b’€10 miljun minn fondi Ewropej. Intqal li x-xogħol kollu mistenni jitlesta sa sentejn oħra.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

L-imxija tal-Coronavirus kompliet tinfirex f’diversi pajjiżi fl-Ewropa, waqt li l-Italja l-iktar li għandha każi fl-Ewropa tidher li dieħla f’riċessjoni minħabba c-coronavirus. L-Awtoritajiet tas-Saħħa Maltin għal darb’oħra kkonferma li s’issa m’hawn…

Qorti

L-eks Direttur Ġenerali tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA, Andre Camilleri qal li l-bank Pilatus ingħata l-liċenzja qabel irtira hu mill-Awtorità fl-2014 u ma kien hemm l-ebda raġuni għaliex il-bank ma kellux…

Qorti

Il-Qorti Kostituzzjonali ordnat lill-Gvern jikkumpensa €20,000 lill-koppja Cachia minn Tas-Sliema wara li nkiser id-dritt tagħhom li jgawdu l-proprjetà b’valur potenzjali ta’ €700,000 minħabba liġijiet antiki tal-kera li minħabba fihom id-dar…

Qorti

Il-Qorti tal-Appell Kriminali kkonfermat sentenza ta’ 10 snin ħabs li ngħata raġel li nstab ħati li abbuża sesswalment minn kuġintu fuq perjodu ta’ seba’ snin minn meta kellha seba’ snin….

Aktar