COVID-19
25 pazjent bil-Covid-19 fl-Isptar Mater Dei, 5 fl-ITU

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li nstabu 32 każ ġdid ta’ Covid-19, waqt li fiequ 60, biex il-każijiet attivi issa jammontaw għal 718.

Fl-Isptar Mater Dei hemm 25 persuna li qed jingħataw il-kura minħabba l-virus b’5 minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva (ITU).

In-numru tal-vittmi tela’ għal 450 wara li fl-aħħar 24 siegħa tħabbret il-mewt ta’ anzjana.

L-aġġornament tas-sitwazzjoni juri wkoll li sal-bieraħ kienu ngħataw 807,825 doża tat-tilqima li 3,468 minnhom kienu boosters.

Ara wkoll:

Anzjana ta’ 88 sena tmut waqt li pożittiva għall-Covid